“Ix-xiri taċ-ċittadinanza Maltija tista tissarraf f’vot fl-elezzjoni” – AD

Alternattiva Demokratatika semmgħet il-vuċi tagħha dwar l-iskema taċ-ċittadinanza proposta mill-Gvern.

Iċ-Ċerpersin ta’ Alternattiva Demokratika, il-Professur Arnold Cassola qal li għaxar snin ilu, il-Partit Laburista ta’ Alfred Sant u Joseph Muscat ipprova jċaħħad id-dritt tal-vot, lilu u lil eluf ta’ Maltin li jgħaddu parti minn ħajjithom barra minn Malta.

Sostna li llum, il-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat u Alfred Sant qed joffri ċ-ċittadinanza Maltija, li tista’ tissarraf f’vot fl-elezzjoni ġenerali, lill-barranin, jekk iħallsu €650,000.

Cassola saħaq li jidher li l-valur umani m’għadhomx jgħoddu u li l-filosofija tal-politika prevalenti hi li bil-flus tagħmel triq fil-baħar.