Ix-xiri jista’ jiħdok sal-Logħob Olimpiku 2016 f’Rio

Visa Europe, sponsor ewlieni mondjali tal-Logħob Olimpiku 2016 f’Rio, ħabbru premju kbir li jiswa madwar €25,000. Xi ħadd fortunat li għandu card tal-Visa se jkollu ċ-ċans li jirbaħ żjara tal-ħolm ta’ erba’ ljieli għal tnejn għal-Logħob Olimpiku li ġej f’Rio fil-Brażil.
Ir-rebbieħ u l-mistieden tiegħu se jtiru minn Malta għall-Brażil f’Awwissu. Matul il-vjaġġ, ir-rebbieħ u l-mistieden se jesperjenzaw iċ-ċerimonja tal-ftuħ fil-belt vibranti ta’ Rio de Janeiro kif ukoll żewġ avvenimenti diġà magħżula, inkluża logħba futbol, alloġġ f’lukanda, kolazzjon kuljum u trasport bejn il-lukanda u fejn se jsiru l-avvenimenti sportivi. Dan jagħmel l-aċċess għal-Logħob Olimpiku faċli u mingħajr stress.
Minbarra l-esperjenza mill-aqwa, ir-rebbieħ se jingħata wkoll tour b’xejn għal ikona ta’ Rio. Wara li jgħaddi minn esperjenza memorabbli ta’ erbat iljieli f’Rio li jibqa’ jiftakarha ħajtu kollha, ir-rebbieħ u l-mistieden tiegħu jtiru lura lejn Malta biex jaqsmu  l-esperjenza tagħhom tal-Logħob Olimpiku mal-familja u l-ħbieb.
Biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni dawk li għandhom card tal-Visa lokali jridu jagħmlu x-xiri bil-card tagħhom lokalment bejn il-15 ta’ April 2016 u l-15 ta’ Mejju 2016. B’hekk jidħlu awtomatikament għall-kompetizzjoni. Ir-rebbieħ tal-kompetizzjoni jkun irid jirrispondi domanda u jwieġeb tajjeb sabiex jingħata l-premju.
Aktar ma l-parteċipant juża d-debit u l-credit card tal-Visa aktar ikollu ċans li jirbaħ. Aktar informazzjoni fuq visa.com.mt.
Ir-rebbieħ jitħabbar fl-1 ta’ Ġunju 2016. Il-Logħob Olimpiku 2016 f’Rio jiftaħ fil-5 ta’ Awwissu 2016.