Ix-xemx se tkompli tiżreġ fuq il-Gżejjer Maltin minkejja l-maltemp fi Sqallija

Is-sajf f’Malta jinsab fl-aqwa tiegħu fil-Gżejjer Maltin ix-xemx mistennija tkompli tiżreġ minkejja l-maltemp li fl-aħħar jiem ħakem lil Sqallija.

Matul il-jumejn li ġejjin it-temp mistenni jkun xemxi b’temperatura ta’ 30°C iżda se tkun qiegħda tinħass 32°C. Il-Ħadd u t-Tnejn li ġej it-temp mistenni jkun ftit imsaħħab bl-ogħla temperatura se tkun 30°C u se tkun qiegħda tinħass 33°C. It-Tlieta u l-Erbgħa it-temp mistenni jkun xemxi bl-ogħla temperatura mistennija tkun 31°C u 32°C u se tkun mistennija tinħass 34°C u 35°C.

Meta mistoqsija mill-ġurnal Maltatoday, l-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li Malta mhux mistenmija tiġi affettwata mill-maltemp li ħakem lil gżira ta’ Sqallija.

Fl-aħħar ġramet fi Sqallija kien hemm għargħar kbir tant li tilfu ħajjithom żewġ persuni wara li nqabdu f’karozza li għerqet fl-ilmijiet tax-xita wara li din inġarret fit-triq.