Filmat: Ix-xandir – servizz għalik jew għall-politiċi?

Read in English.

Peppi Azzopardi u Ranier Fsadni se jkunu l-mistiedna ta’ Fr Joe Borg is-Sibt fid-9am fuq 103 Malta’s Heart waqt il-programm Newsbook Hour. Il-programm ikun imxandar fuq Newsbook.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Newsbook.com.mt.

Fil-programm jiddiskutu:

  • Ix-xandir huwa għas-servizz tal-politiċi jew tal-udjenzi?
  • L-Awtorità tax-Xandir iddeċidiet li meta l-Prim Ministru jagħmel konferenza stampa li tixxandar fuq il-media, il-PBS ma għandux ixandar il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qies din il-ħaġa bħala ċensura tal-ġurnalisti. L-Awtorità tgħid li qed tosserva l-liġi.
  • Imbagħad il-PBS iddeċieda li Xarabank ma jixxandarx u minfloku aktarx se jixxandar programm ta’ divertiment. Xarabank twaqqaf milli jixxandar minħabba pressjoni politika jew minħabba raġunijiet ta’ skedar?
  • Il-kontroversja dwar l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi donnha ma tieqaf qatt. Imma jekk in-nies tal-business jista’ jkollhom stazzjon tar-radju u tat-TV l-għala l-partiti ma għandhomx igawdu minn dan id-dritt?

Newsbook Hour is-Sibt fid-9am fuq 103 Malta’s Heart.