Ix-xamma ta’ Peter li xxukkjat lil Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

Ġurnata tax-xogħol normali għal Peter, il-kelb tad-Dwana li huwa mħarreġ biex ixammem għall-flus u ċ-ċekkijiet, żviluppat f’ġurnata li qed tbiddel l-istorja ta’ Malta.

Il-ġurnata kienet it-13 ta’ Novembru.

Peter kien xogħol fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Huwa beda jxammem huma u għaddejjin il-passiġġieri u l-bagalji. Ħin minnhom deher entużjast ħafna. Deher li xammem xi ħaġa. Dawn il-klieb huma mħarrġin b’tali mod biex ixommu biss meta l-ammont ta’ flus li persuna jkollha fuqha tkun ħafna aktar milli huwa permess biex jinħareġ jew jiddaħħal fil-pajjiż. Mill-entużjażmu ta’ Peter deher li kienet qabda kbira. U fil-fatt hekk kienet.

Peter qabad passiġġier Libjan li kellu €210,000 flus mhux dikjarati. It-Taqsima tal-Pulizija Kontra r-Reati Ekonomiċi ddaħħlet fl-azzjoni.

Iċ-ċkejken Peter ftit li xejn kien jaf li l-qabda li għamel kienet ħafna akbar mill-flus li kienu nstabu l-ajruport.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wassluhom għand Melvin Theuma, persuna magħrufa sew mal-Pulizija għax midħla tas-self u lottu illegali. Theuma talab li jpartat dak li kien jaf dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma’ maħfra presidenzjali. Il-Gvern, li fl-aħħar mill-aħħar jiddeċiedi dwar dawn l-affarijiet aċċetta.

It-terremot li ġara wara għadu għaddej.