Iwissu fuq kumpanija tal-aluminju

L-Awtorità ta’Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed twissi dwar kumpanija li timmanifattura l-aluminju minħabba li naqset li timplimenta deċiżjoni tat-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur.
Fi stqarrija l-Awtorità qalet li l-kumpanija Alu CareMosta Ltd ma ħallsietx €300 f’kumpens għal xogħol ta’ aluminju li kien difettuż u kien qed jgħaddi l-ilma minnu.
Saħqet li l-kumpanija naqset ukoll li tattendi għas-seduta tat-Tribunal u anqas bagħtet tweġiba bil-miktub.