Iwissih li jekk jerġa’ jikser il-liġi jġib lil oħtu fl-inkwiet

Libjan ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li weġġa' gravi mara waqt argument.
L-inċident seħħ nhar l-Erbgħa li għadda filgħaxija f’Wied il-Għajn.
Huwa wieġeb mhux ħati li hedded tliet persuni bi vjolenza fiżika, li insultahom, li kiser il-paċi pubblika u li għamel użu ħażin ta’ aġġeġġi tal-komunikazzjoni.
Il-Maġistrat wissa lil-Libjan li jekk jerġa’ jikser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest ma jkunx qed jitfa’ lilu nnifsu biss fl-inkwiet imma  lil oħtu wkoll.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’  €4,000 u nħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-persuni involuti fl-inċident.