Iwieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ qtil u terroriżmu

Ir-raġel akkużat li qatel tmien persuni u li darab 12-il persuna oħra wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ qtil u terroriżmu li kienu mressqa fil-konfront tiegħu.
F’Ottubru li għadda Sayfullo Saipov li huwa mill-Użbekistan u wasal l-Amerika fl-2010, saq trakk għal fuq in-nies f’attakk li wettaq f’Manhattan.
Huwa qiegħed jiġi mressaq il-Qorti b’22 akkuża ta’ qtil u terroriżmu, fosthom li ta sapport materjali lill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS). L-aktar akkużi serji li qed jaffaċċja jġibu magħhom il-piena tal-mewt. Però skont il-midja internazzjonali, il-prosekuturi għadhom ma qalux jekk hux se jkunu qegħdin jfittxu li jagħtuh sentenza tal-mewt.
Il-President tal-Amerika Donald Trump qal diversi drabi li Saipov għandu jaffaċċja l-piena tal-mewt.