Iwieġeb ħati ta’ fastidju sesswali lejn mara f’Għawdex

Read in English.

Raġel wieġeb ħati ta’ fastidju sesswali lejn mara f’Għawdex.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li llum ressqet il-Qorti lir-raġel ta’ 32 sena mill-Albanija u residenti x-Xlendi quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Brigitte Sultana.

Ir-raġel kien akkużat li fil-5 ta’ Lulju, għall-ħabta tal-11.20pm fi stabbiliment fi Triq il-Ġostra fix-Xlendi, ta’ fastidju sesswali lil mara mingħajr il-kunsens tagħha. Hu ġie akkużat ukoll li għamel dawn dawn l-atti f’post pubbliku u li qal kliem oxxen fil-pubbliku.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfont tiegħu. Is-sentenza mistennija tingħata fil-jiem li ġejjin. Ir-raġel inżamm taħt arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mil-Ispettur Josef Gauci.