Iwieġeb ħati mill-ewwel dwar akkużi ta’ serq

Raġel ta’ 40 sena tressaq taħt arrest quddiem il-Qorti akkużat li pprova jisraq apparat ċellulari mir-Rabat Għawdex.
Ir-raġel, li bħalissa qed joqgħod ir-Rabat Għawdex, ipprova jwettaq is-serqa tiegħu fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat.
Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ingħata l-liberta’ taħt diversikundizzjonijiet għall-sena.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.