Iwieġeb ħati li abbuża sitt itfal

Christopher Azzopardi mill-Imsida wieġeb ħati li abbuża sesswalment minn sitt itfal u ngħata sentenza ta’ erba’ snin u nofs ħabs.
Azzopardi tressaq il-Qorti akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali mat-tfal, ikkorrompa minuri u anke għamel użu ħażin minn mezzi tal-kommunikazzjoni elettroniċi.
Fil-Qorti nstema’ kif Azzopardi sas wara sitt itfal mill-Pieta, Birżebbuġa u Birkirkara. L-iżgħar vittma tiegħu kien tifel ta’ 9 snin.
Il-prosekuzzjoni qalet li r-raġel għandu bżonn trattament speċjalizzat minħabba l-attrazzjoni tiegħu għat-tfal u appellat biex ismu jkun imniżżel fir-reġistru tal-pedofeli.
Min-naħa tagħha, l-avukat tad-difiża qalet li l-akkużat kien qed ibati minn kundizzjonijiet psiskoloġiċi u ddeskrivitu bħala persuna vulnerabbli. Qablet mal-persekuzzjoni li l-akkużat jingħata trattament mediku.
Il-Qorti ma qablitx li isem Azzopardi ma jixxandarx għax fi kliemha l-vittmi ma kellhomx rabta miegħu.
Il-Maġistrat Aaron Bugeja qabel mal-prosekuzzjoni u ordna li jingħata t-trattament meħtieġ u li ismu jitniżżel fuq ir-reġistru kif mitlub.