Iwieġeb ħati li abbuża mit-tfal

Raġel ta’ 74 sena tressaq il-qorti dalgħodu u wieġeb li hu ħati ta’ abbużi sesswali fuq tifel taħt l-età u li pitter xi tfal f’pożizzjonijiet sesswali.

Ir-raġel kien diġà skonta xi snin il-ħabs fuq każijiet simili. Jidher li r-raġel minn Birżebbuġa tgħallem kif ipinġi mill-ħabs stess. Fil-qorti ħareġ li r-raġel kien iħallas tifel ta’ 13-il sena biex jagħmel sess orali miegħu u li kien ipinġi numru ta’ pitturi ta’ tfal f’pożizzjonijiet sesswali ma’ adulti.

Il-Qorti ma qatgħatx is-sentenza minħabba li l-Pulizija għadha għaddejja bl-inkjesta tagħha. Il-każ ġie diferit għat-13 ta’ Settembru.