Iwieġbu mhux ħatja wara l-ikbar sejba ta’ droga f’Malta

Tliet persuni wieġbu mhux ħajta wara li lbieraħ inqabdu jġorru 550 kilogramma kannabis.

Din kienet l-ikbar sejba ta’ droga li qatt għamlet il-Pulizija ta’ Malta u b’kollox ġew arrestati ħames persuni.

Minnhom, illum tressqu l-Qorti żewġ Taljani ta’ 60 u 42 sena minn Katanja u Malti ta’ 35 sena mill-Fgura.

Id-droga nstabet moħbija f’qiegħ falz ta’ żewġ trakkijiet bi pjanċi Taljani u fil-karozza tal-Malti. Apparti minn hemm instabu wkoll €200,000 fi flus kontant.

Il-valur tad-droga huwa stmat li hu ta’ diversi miljuni.

Dawn it-tlieta ġew akkużati bi traffikar u bejgħ ta’ droga. It-Taljani ġew akkużati wkoll b’ħasil ta’ flus.
I
ntant il-Pulizija għadha qed tinvestiga żewġ sloveni oħra.

Ritratt: Korp tal-Pulizija