Iwieġbu mhux ħatja li ttorturaw 13-il wild tagħhom

Koppja f’Kalifornia li qed jiġu akkużati li ttorturaw, qaflu lit-13-il tifel u tifla tagħhom fid-dar u ħallewhom bil-ġuħ wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. David u Louise Turpin qed jaffaċċjaw bosta akkużi li jistgħu jwassluhom sabiex jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs.

Il-Pulizija kienu wettqu tfittxijiet fid-dar tal-koppja wara li waħda mit-tfal, li għandha 17-il sena rnexiela taħrab mid-dar minn tieqa u ċċempel lill-Pulizija. Aktar tard il-Pulizija sabet it-12-il aħwa tat-tfajla bl-etajiet ivarjaw bejn sentejn u 29 sena, maqfulin ġo dar imdallma u maħmuġa. Uħud minnhom kienu wkoll marbutin b’katini mas-sodod. It-tfal kollha ttieħdu għall-protezzjoni.

Il-prosekuturi spjegaw li l-vittmi ma kienux jingħataw ikel, jitħallew jieħdu ħsieb l-iġene u lanqas jieħdu ħsieb saħħithom. Qed jingħad ukoll li t-tfal kienu jsofru minn kastigi ħorox fuq raġunijiet trivjali bħal jekk jaħlu l-ilma biex jaħslu aktar ‘il fuq mill-pala tal-id. Intqal ukoll li kienu jiġu minkijja b’ikel li qatt ma kien imisshom xejn minnu. L-avukati tad-difiża għadhom iridu joffru spjegazzjoni tal-allegazzjonijiet kollha miġjuba kontra l-ġenituri.

Il-każ se jibda jinstema’ fil-5 ta’ Ottubru.