Iwettaq diversi serqiet f’ħanut tal-merċa għax kien iddisprat

Raġel ta’ 31 mingħajr saqaf fuq rasu ammetta li wettaq numru ta’ serqiet minn ħwienet tal-merċa fix-xhur li għaddew. L-avukat difensur jgħid li l-akkużat għamel dan għax kien iddisprat li jinqabad biex jindirizza l-problema tad-droga.

Ir-raġel li jinsab mingħajr dar u xogħol se jibqa’ jinżamm arrestat sakemm tingħatalu s-sentenza.  L-akkużat ammetta li f’żewġ okkażjonijiet separati huwa kien armat iżda serqa minnhom sfrattat.

Huwa kien akkużat ukoll li saq karozza misruqa , bi pjanċi misruqa wkoll u li pprova jiffroda sid ta’ pompa tal-petrol.  Huwa kien akkużat li kiser l-ordni tal-probation u li kien riċediv.

Wara li l-ispetturti spjegaw il-fatti ta’ dawn is-serqiet, l-avukat tad-difiża qal l-akkużat ikkopera mal-pulizija u spjega li l-akkużat ma seraqx il-pjanċi iżda għamel użu minnhom. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-avukat kompla jgħid li l-akkużat għandu problema tad-droga u fl-aħħar żmien huwa tilef lil ħuh. Sa ftit żmien ilu huwa kien jaħdem iżda issa jinsab mingħajr xogħol. Żied li l-akkużat jixtieq li wara li joħroġ mill-ħabs ikun bniedem aħjar infatti rrikomanda lill-Qorti biex tordna li jfittex l-għajnuna biex jindirizza l-problema tad-droga.