Iwerwer lin-nies liebes maskra ta’ dulliegħa

Raġel spiċċa arrestat mill-Pulizija wara li daħal fil-metro ta’ Beijing liebes maskra ta’ dulliegħa.
Passiġġiera kif ukoll ħaddiema li kienu fil-metro ċemplu għall-assistenza tal-Pulizija wara li bosta persuni bdew jibżgħu bil-preżenza tar-raġel.
In-nies kienu mbezza’ l-iżjed minħabba li r-raġel kien liebes din il-maskra waqt il-vjaġġi matul il-lejl.
Ħafna kienu qed jaħsbu li kien se jagħmel xi attentat terroristiku.
Fil-verità ir-raġel kien bil-maskra f’rasu u bi flixkun tal-birra f’idu u għalhekk mhux eskluż li kien fis-sakra.
Fuq l-internet speċjalment fil-midja soċjali, ir-raġel huwa magħruf bħala Watermelon Brother, hekk kif ħafna qed jippruvaw jaqtgħu l-identità tiegħu.