Iweġġgħu żewġ uffiċjali oħra tal-Pulizija

Spettur u Surġent tal-Pulizija sofrew ġrieħi ħfief waqt l-arrest li kienu qed jarrestaw raġel f’San Pawl il-Baħar.
L-aggressjoni saret fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħaxija.
Jirriżulta li r-raġel ta’ 33 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar, beda joffendi lill-Ispettur li kien qiegħed jidderiġi t-traffiku waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival tas-Sajf.
Kif sema’ hekk, l-Uffiċjal tal-Pulizija talab lir-raġel id-dettalji tiegħu. 
Madankollu, meta ingħata isem u numru ta’ karta tal-identità, l-Ispettur ġieh suspett li dawn setgħu kienu foloz, kif fil-fatt kienu, u għalhekk, informa lir-raġel li kien se jinżamm sakemm jiġu vverifikati.
Ir-raġel xorta m’obdiex l-ordnijiet u pprova jaħrab. Kien wara taħbitha li r-raġel ġie arrestat.
Dan kien it-tielet każ f'temp ta' ftit jiem fejn pulizija spiċċaw vittma ta' aggressjoni.