Aġġornata(2): Ġlieda f’San Pawl – 3 feruti; raġel arrestat

Tliet persuni weġġgħu wara ġlieda f’San Pawl il-Baħar.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel ta’ 38 sena mil-Libja, residenti l-Mellieħa, li x’aktarx huwa l-agressur, kellu arma bil-ponta.
Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija, meta ftit wara ġie eskortat Mater Dei fejn ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi.
Il-Libjan attakka raġel ieħor fin-12:30pm, meta l-ġlieda allegatament bdiet f’appartament fi Triq Ċensu Tanti, u aktar tard imxiet fit-triq.
Fl-inċident indarbet ħafif ukoll mara ta’ 35 sena mir-Rumanija, residenti San Pawl il-Baħar, minkejja li ma kelliex x’taqsam mal-argument.
Raġel ieħor, Bulgaru ta' 34 sena, li kien involut fl-argument, kellu ġrieħi serji. Madanakollu dan ma ttiħidx l-Isptar Mater Dei hekk kif irrifjuta l-għajnuna.
Aktar tard mar il-poliklinika tal-Mosta għall-kura.
Ritratt: Google Street View