Iweġġgħu gravi wara li nqalbu bil-karozza

Żewġ anzjani minn Ħad-Dingli, mara ta' 77 sena u raġel ta' 79 sena, weġġgħu gravi meta nqalbu bil-karozza f’Ħad-Dingli.
L-inċident seħħ ftit qabel is-2pm meta tilfu l-kontroll tal-vettura fi Triq ir-Rabat.
Fuq il-post marru żewġ ambulanzi u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu lill-persuni mill-karozza wara li dawn inqabdu ġewwa.