Iweġġgħu wara li għeleb l-irħam fuqhom

Żewġt irġiel weġġgħu waqt li kienu qed iħottu l-irħam f'fabbrika fix-Xagħra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15pm fi Triq Marsalforn, meta l-irħam għeleb fuqhom.
L-irġiel, li għandhom 36 u 52 sena, it-tnejn mix-Xagħra, ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex b'ambulanza.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa, iżda mhumiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom.