Ħabta bejn 5 karozzi f’Għawdex

Tliet persuni weġġgħu f’inċident bejn żewġ karozzi li spiċċaw laqtu tliett karozzi oħra pparkjati f’Għajnsielem kmieni dalgħodu.
Il-ħabta, li seħħet dalgħodu għall-ħabta tas-6am fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem, kienet tinvolvi żewġ karozzi, b’waħda misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena mix-Xewkija u oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Mellieħa.
Iż-żewġ sewwieqa sofrew ġrieħi ħfief.
Tfajla ta’ 17-il sena minn San Pawl il-Baħar, li kienet passiġġiera mar-raġel mill-Mellieħa sofriet ukoll ġrieħi ħfief.
Passiġġier ta’ 19-il sena ieħor fl-istess karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
Ritratt: Maltese Road Traffic Updates