Raġel sofra ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’San Ġiljan il-lejl li għadda.
L-inċident seħħ fi Triq il-Knisja għall-ħabta tat-3am fejn raġel ta’ 35 sena ta’ nazzjonalità Libjana ndarab wara li kien involut f’inċident ma’ raġel ieħor.
Waqt l-argument ir-raġel qala’ diversi daqqiet fejn kawża ta’ dawn sofra ġrieħi gravi. Huwa ngħata l-assistenza minn xi persuni li kienu fl-akkwati, filwaqt li l-allegat aggressur ħarab minn fuq il- post.
Il-Libjan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri mill-ġrieħi msemmija.