Iweġġgħu f’inċident fl-Imrieħel

Raġel ta’ 44 sena mill-Qrendi iddaħħal l-isptar wara ħabta ħdejn it-traffic lights li jagħtu għall-bypass tal-Imrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45.
Persuni fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li karozza żgħira dehret maħbuta f’vann li kien hemm quddiemha, filwaqt li fire engine baqgħet dieħla fil-karozza.
Marki ta’ brejkijiet twal dehru fuq il-post tal-inċident.
Ambulanza waslet ftit tal-ħin wara l-inċident biex tingħata l-ewwel għajnuna.
Għal xi ħin il-pulizija avżat biex is-sewwieqa jevitaw dik il-parti tat-triq minħabba li kienet magħluqa.