Iweġġa’ wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura

Raġel ta’ 56 sena mill-Fgura ġarrab xi ġrieħi wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura.
L-inċident seħħ ftit wara t-8pm fi Triq Hompesh, meta r-raġel intlaqat minn karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena min-Naxxar, li kienet qed issuq minn Ħaż-Żabbar lejn il-Fgura.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza. 
Il-pulizija kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li r-raġel mhux fil-periklu tal-mewt.