Iweġġa’ wara li qabeż minn fuq scaffolding

Raġel li kien f’sit ta’ kostruzzjoni ġarrab xi ġrieħi hekk kif aktar kmieni wara nofsinhar għelbet krejn fir-Rabat.

Hekk kif għelbet il-krejn, tliet irġiel li kienu għaddejjin bix-xogħol tagħhom qabżu minn fuq scaffolding li kienu fuqu.

Wieħed minn dawn il-ħaddiema spiċċa f’bitħa ta’ residenza fejn ġarrab xi ġrieħi.

Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.