Iweġġa’ wara li qabeż minn fuq il-blat f’Kemmuna

Malti ta' 17-il sena weġġa' dahru wara li qabeż minn fuq blat viċin il-Blue Lagoon f'Kemmuna.

Iż-żagħżugħ ġie assistit mil-lifeguards tal-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) fejn ġie trattat fuq il-post.

Wara ttieħed lejn il-port tal-Imġarr permezz tal-Lifesaver 1, minn fejn ittieħed l-Isptar Ġenerali t'Għawdex b'ambulanza.