Iweġġa’ wara li jintlaqat minn vettura waqt argument

Raġel ta’ 64 sena sofra ġrieħi ħfief wara li safa milqut minn vettura waqt argument li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq is-Sedqa f’Ħ’Attard.
Jirriżulta li l-argument seħħ bejn żewġt’irġiel, wieħed ta’ 64 sena u ieħor ta’ 56 sena, it-tnejn residenti Ħ’Attard.
Waqt l-argument, ir-raġel ta’ 64 sena intlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq mir-raġel l-ieħor. 
Ir-raġel ta’ 64 sena ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn kien iċċertifikat li qed isofri ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Ir-raġel ta’ 56 sena għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet.