Iweġġa’ waqt xogħlijiet tal-kostruzzjoni fin-Naxxar

Raġel ta' 38 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li weġġa’ waqt xogħlijiet tal-kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Vjal il-Labour fin-Naxxar meta fuq ir-raġel waqgħu ġebel minn fuq il-bejt fejn kienu qed isiru x-xogħlijiet.
Issejħet l-assistenza tal-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.
Huwa ġarrab ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

Ritratt: Media Police