Iweġġa’ serjament wara li jegħleb bil-fork lifter

Raġel ta’ 34 sena ttieħed Mater Dei wara li weġġa’ bil-fork lifter li kien qed isuq.
L-inċident ġara dalgħodu fi Triq Ħal Farruġ fis-Siġġiewi, meta għeleb bih il-fork lifter.
Il-ġrieħi li ġarrab huma gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.