Iweġġa’ serjament meta jaqa’ tliet sulari fil-Belt

Bulgaru ta' 55 sena ndarab serjament meta dalgħodu waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15am fi Triq it-Teatru l-Antik, kantuniera ma’ Triq Sant’Ursola. 
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn irriżulta li r-Bulgaru residenti San Pawl il-Baħar, waqa' meta kien qed jagħmel xogħol ta' manutenzjoni fl-istess dar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Inħatret inkjesta dwar il-każ.
Ritratt: Facebook – Malta Police