Iweġġa’ ħafif wieħed miż-żewġ subien li ttajjar f’Ħal Lija

Tifel ta’ 10 snin li kien wieħed mit-tliet vittmi ta’ inċident f’Ħal Lija lbieraħ għandu ġrieħi ħfief.

Huwa ntlaqat meta kien miexi fi Triq il-Mosta għall-ħabta tal-4pm, flimkien ma’ raġel u tifel ieħor.

Aqra: Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Ħal Lija; involuti 2 tfal

Is-Serb ta’ 47 sena residenti l-Gżira jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li t-tifel l-ieħor ta’ 10 snin ukoll għandu ġrieħi ħfief. Il-karozza li laqtithom kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 20 sena.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa M. Vella.