Iweġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari

Ħaddiem ta’ 29 sena residenti l-Montenegro weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem.
L-inċident seħħ fis-7pm fuq cruise liner ġewwa l-Port il-Kbir, il-Belt Valletta.  
Huwa kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq lift għal xi raġuni waqa’ madwar żewġ sulari.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.