Iweġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari

Archives

Ħaddiem ta’ 31 sena mill-Fgura weġġa’ gravi meta waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari fuq sit tal-kostruzzjoni fil-Marsa.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ illum għall-10.30 am fi Triq il-Ħaddiem fil-Marsa. Il-vittma kien qed jagħmel xi xogħol fuq is-sit. Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza.