Iweġġa’ gravi wara li waqa sular f’Birżebbuġa

Anzjan ta’ 64 sena qed isoffri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli sular mir-residenza tiegħu f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq San Mikiel f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fuq il-post.
L-anzjan ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Arkivji