Iweġġa’ gravi wara li waqa’ mis-sellum f’Ħal Qormi

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Belt Valletta f’Ħal Qormi għall-ħabta tas-6.15pm tal-Ġimgħa filgħaxija. Ir-raġel għandu 62 sena u huwa residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejħu tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn irriżulta li r-raġel ġarrab ġrieħi gravi.