Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli fil-Mellieħa

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’residenza fil-Mellieħa.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fil-11.15am fi Triq it-Tramuntana. Il-Pulizija sabet li r-raġel barrani ta’ 38 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.