Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Read in English.

Raġel indarab gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’ Santa Venera.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ fis-7.15am fi Triq il-Palazz l-Aħmar. Ir-raġel ta’ 41 sena mill-Gudja waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fl-istess triq.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.