Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’Birkirkara

Raġel ta’ 47 sena sofra ġrieħi gravi f’inċident f’Birkirkara. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6pm.

Il-Pulizija fi stqarrija qalet li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fi Triq Dom Mauro Inguanez meta għal xi raġuni waqa’ minn fuq sellum.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.