Iweġġa’ gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ mill-għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ fi Triq il-Pitkali għall-ħabta ta’ 12pm fejn ir-raġel ta’ 40 sena mill-Imsida waqa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri mill-ġrieħi msemmija. 
Ritratt: Arkivji