Iweġġa’ gravi wara li waqa’ bit-tractor fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 79 sena mis-Siġġiewi weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli bit-tractor fis-Siġġiewi stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm fil-limiti tal-Fawwara.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku marru fuq il-post biex jassistu lir-raġel.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.