Iweġġa’ gravi wara li waqa’ b’ċangun

Raġel ta’ 31 minn Buġibba weġġa’ gravi wara li waqa’ b’ċangun fil-Qrendi. L-inċident seħħ fin-12.30pm fi Triq Nikolo Communet. It-Taljan kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni

Il-Pulizja tad-Distrett marru fuq il-post u sejħu tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.