Iweġġa’ gravi wara li waqa’ 2 sulari f’Ħal Qormi

CMRU

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ żewġ sulari għoli matul il-lejl li għadda f’Ħal Qormi.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li kmieni dalgħodu, għall-ħabta 2.30am, intalbet l-assistenza tagħha u ambulanza fi Triq id-Drama. Ir-raġel ta’ 39 sena minn Nepal u li jgħix Ħal Qormi, indarab wara li għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.