Fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura

Raġel ta’ 29 sena jinsab fil-periklu tal-mewt hekk kif tilef il-kontroll tal-vettura u b’kawża ta’ dan laqat il-bankina u spiċċa ġo għalqa viċin tat-triq. Skont kelliema għall-Pulizija, l-inċident seħħ fi Triq il-Mosta, f’Ħal Lija għall-ħabta tal-11:20pm.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu r-raġel mill-vettura u ttieħed b’mod immedjat lejn l-isptar.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni dwar l-inċident.