Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel ta’ 32 sena miż-Żurrieq weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur.
L-inċident seħħ fl-4.30pm fi Triq il-Karwija, Ħal Safi.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa.