Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Santa Venera

Malta Police Force

Raġel weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Santa Venera.

Ir-raġel ta’ 24 sena residenti Santa Venera għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq San Pawl. Il-Pulizija fi stqarrija qalet li hi ġiet infurmata għall-ħabta tas-2 ta’ waranofsinhar bil-każ.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.