Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fil-Mellieħa

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara tilef il-kontroll tal-mutur fil-Mellieħa.

Il-Pulizija tad-Distrett kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-10 tal-Ħadd filgħodu.

Il-Pulizija marret fuq il-post fi Triq il-Marfa u sabet li ż-żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Ħal Lija tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

Huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Iktar tard matul il-jum raġel ieħor weġġa’ wara li tilef il-kontroll f’inċident separat.