Iweġġa’ gravi wara li safa marsus ma’ makkinarju f’garaxx

Raġel weġġa’ gravi wara li kien qed juża fork lifter.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq ir-Ramla n-Naxxar.
Ir-raġel ta’ 58 sena kien qed jagħmel użu minn fork lifter f’garaxx li jagħmel parti minn impjant tal-iskart u aċċidentalment laqat leaver bil-konsegwenza li ntrass ma’ xi makkinarju.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.