Iweġġa’ gravi wara li nqabad f’magna li tiġbed il-ħbula

Ilbieraħ filgħaxija Russu weġġa’ serjament waqt li kien qed jaħdem fuq vapur ftit ‘il barra minn Żonqor Point f’Marsaskala. 
Ir-raġel li għandu 47 sena, indarab meta kien qed jorbot ċima li daret miegħu u ftit wara, spiċċa biex inqabad fil-magna li tiġbed il-ħbula.
Huwa ttieħed Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.
Il-vapur kien jinsab 9.7 mil nawtiku lil hinn minn Marsaskala u nħatret inkjesta dwar dan l-inċident.