Iweġġa’ gravi wara li jintlaqat minn dgħajsa

Taljan weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn dgħajsa waqt li kien qed jgħum. L-inċident seħħ il-bieraħ għal ħabta tat-8 pm, waqt li kien qiegħed jgħum waħdu fil-post magħruf bħala l-Fossa, l-Belt Valletta.

Minn stħarriġ jirriżulta li l-għawwiem, li għandu 30 sena u joqgħod il-Belt Valletta, ntlaqat minn dgħajsa misjuqa minn żewġt irġiel, ta’ 28 u 29 sena, ukoll mill-Belt Valletta, waqt li kienu qegħdin jirritornaw minn sajda.

Tabiba barranija li rat l-inċident tat l-ewwel għajnuna lill-għawwiem.

It-Taljan ittieħed l-isptar, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi ġravi.