Iweġġa’ gravi wara li ħa xokk fil-Belt Valletta

CMRU

Read in English.

Raġel indarab gravi wara li ħa xokk fil-Belt Valletta.

Il-każ seħħ fid-9.10am illum fi Triq il-Merkanti. Il-Pulizija tad-Distrett sabu li raġel ta’ 24 sena min-Niġerja sofra xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fl-istess triq. Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.